Akar żviluppi ġodda b’rabta mal-każ tan-nutar Ivan Barbara.
Wara li ġimagħtejn ilu sar rapport minn waħda mill-vittmi quddiem l-Economic Crimes Unit… jidher li s’issa għadha ma ttieħdet ebda azzjoni min-naħa tal-Pulizija.
Dan qed joħloq tħassib kbir fost dawn il-vittmi li qed jibżgħu li se jispiċċaw li flushom qatt ma jkunu rritornati lura lilhom.
Perunsa li tkellmet magħna sostniet li quddiem dan il-każ serju, għandu jinħatar Spettur apposta biex jieħu taħt idejh dan il-każ.
Ivan Barbara kien tilef ħajtu f’April li għadda fl-Indja wara li nstab pożittiv għall-COVID-19. Hu, flimkien ma’ martu Rosanne, kienu marru l-Indja biex jaddottaw tifla. Barbara miet kawża ta’ dan il-virus mumenti biss qabel nġieb lura Malta.
U issa…wara din il-ġrajja traġika…isem in-nutar Barbara tfaċċa fi kwistjoni ġdida.
Persuna li tkellmet magħna qaltilna kif hi kienet fdat 20,000 ewro għand Barbara – nutar pubbliku li kellu warrant mill-Gvern u mhux xi ħadd tal-użura. Tistqarr illi l-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ filwaqt li appellat lill-Gvern biex ikun responsabbli f’din il-kwistjoni.
Diversi persuni oħra li tkellmu ma’ Net News komplew jispjegawlna kif tilfu eluf f’depożiti li kienu fil-client’s account tan-nutar Ivan Barbara. Normalment meta persuna tmur għand nutar u tagħtih l-10% tal-valur tal-bejgħ ta’ proprjeta’, dawn il-flus jinżammu min-nutar f’dak li jissejjaħ client account sakemm ikun iffirmat l-ftehim finali. Dawn imbagħad ikunu mgħoddija lill-bejjiegħ flimkien mal-ammont totali. Iżda kif kitbet persuna fil-pagna ta’ Facebook ‘Victims of Nortary Ivan Barabara’, jidher li dan il-proċess ma sarx kif suppost.
Il-kobba tkompli titħabbel hekk kif jidher li l-mara ta’ Ivan Barbara rrinunzjat il-wirt ta’ żewġha sabiex ma tħallasx id-dejn li kellu.
Matul il-jum tal-Ħadd u t-Tnejn, Net News prova diversi drabi jagħmel kuntatt ma’ Rosanne Barbara iżda t-telefonati tagħna baqgħu mhux imwieġba.
//= $special ?>