Jordan Azzopardi, iż-żagħżugħ ta’ 31 sena li jinsab mixli bi traffikar ta’ droga, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien ilu sentejn miżmum fil-Faċilità Korrettiva ta’ Krodin.
Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Aaron Bugeja tatu il-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €150,000 u garanzija fuq terza persuna ta’ €50,000. Hu tqiegħed taħt ordni ta’ superviżjoni minn uffiċjal tal-probation.
Jordan Azzopardi, magħruf fost sħabu bħala ‘ElChapo ta’ Malta’, qed ikun mixli li kien il-moħħ wara ċirku ta’ traffikar ta’ droga. Tant li fil-konfront tiegħu kienu nħarġu ħmistax-il kap ta’ akkuża. Is-sieħba ta’ Azzopardi hija akkużata wkoll bl-istess akkużi.
Għal Jordan Azzopardi, li qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih, dehru l-avukati Franco Debono u Joe Giglio.
//= $special ?>