Wara xhur ta’ negozjati, Juventus u Sassuolo laħqu ftehim sabiex il-midfielder internazzjonali Taljan Manuel Locatelli jingħaqad mall-Bianconeri, dan l-istaġun immexxija mill-kowċ Massimiliano Allegri.
Rapporti fl-Italja qed jgħidu li aktar kmieni llum id-diriġenti ta’ Juventus ressqu proposta lil Sassuolo biex il-midfielder ta’ 23 sena jingħaqad ma’ Juventus b’self għal sentejn, bl-obbligu li jkun akkwistat għas-somma ta’ €35 miljun. Waħda mill-klawsoli tgħid li kemm il-darba Juventus jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League fl-ewwel staġun, huma jkunu obbligati jieħdu lil Locatelli fl-aħħar tal-istaġun li ġej.
Minbarra l-prestazzjonijiet tajbin f’dawn l-aħħar żewġ staġuni ma’ Sassuolo, Locatelli sar parti integrali mill-iskwadra tat-tim Nazzjonali Taljan ta’ Roberto Mancini u kien ukoll strumentali fir-rebħ tal-EURO 2020 fejn anke sab ix-xibka darbtejn kontra l-Iżvizzera fil-fażi tal-gruppi.
//= $special ?>