Coronavirus Internazzjonali

New Zealand f’lockdown ta’ tliet ijiem wara li tfaċċa każ pożittiv għall-COVID-19

New Zealand se tidħol f’lockdown ta’ tliet ijiem wara li kien reġistrat każ ġdid pożittiv għall-COVID-19.

Il-Prim Ministru Jacinda Ardern qalet li l-varjant Delta huwa varjant li jittieħed ħafna iktar malajr u kien  għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li jidħlu fis-seħħ miżuri iktar stretti li se jidħlu fis-seħħ mill-Erbgħa.

Il-każ pożittiv kien irreġistrat f’Aukland, b’hekk kemm Aukland kif ukoll Coromandel, fejn il-każ pożittiv għamel xi ħin f’’dan il-post, se jitpoġġew taħt lockdown għal sebat ijiem.

Dan se jkun l-ewwel lockdown nazzjonali f’dan il-pajjiż wara l-lockdown inizjali li kien seħħ fil-bidu tal-pandemija. Minn dak iż-żmien sal-lum, intużat sistema ta’ restrizzjoni fl-ivvjaġġar f’diversi reġjuni sabiex jitnaqqas it-tixrid ta’ dan il-virus.

S’issa madwar 20% biss tal-popolazzjoni ta’ New Zealand ħadet it-tilqima kontra l-COVID-19.

Intant r-Reġina Eliżabetta se tibqa’ fir-residenza tagħha tas-sajf f’Balmoral minkejja li persuna li taħdem f’din ir-residenza ttestjat pożittiva għall-COVID-19.

Ir-Reġina li għandha 95 sena hija mlaqqma biż-żewġ dożi, b’kelliem għal Buckingham Palace qal li ttieħdu l-prekawzjonjiet kollha meħtieġa. Il-persuna pożittiva ntbatet immedjatmanet id-dar is-Sibt li għadda meta ħareġ ir-riżultat tal-iswab test.