Net News jista’ jikkonferma li l-priġunier ta’ 30 sena li kien prova jneħħi ħajtu b’idejh, miet illum wara nofsinhar għall-ħabta tal-4pm.
Il-familja tal-ħabsi ġiet infurmata, filwaqt li f’dawn is-sigħat kompliet l-Inkjesta Maġisterjali li ġiet appuntata.
Dan il-każ ta’ dan ir-raġel ta’ 30 sena seħħ għaxat ijiem ilu għall-ħabta tal-5pm. Il-priġunier, li hu Malti, kien ittieħed b’urġenza l-isptar Mater Dei fejn ġie iċċertifikat fil-periklu li jitlef ħajtu. U għal dawn l-aħħar jiem kien qed jinżamm fuq il-magni.
Jidher li fil-ħin tal-attentat, ir-raġel kien waħdu fiċ-ċella. Rapporti qed jindikaw li fl-aħħar ġimgħat, fl-ebda ħin ma kien hemm indikazzjonijiet li r-raġel kien qed ibati minn xi problemi.
U issa – wara dan l-aħħar każ – it-tmexxija tal-ħabs tinsab mill-ġdid taħt pressjoni. Bil-Ministru Byron Camilleri, li huwa responsabbli mill-ħabs, qed jibqa’ jgħid li ħafna mill-imwiet f’Kordin huma naturali, mikejja li ebda sezzjoni tal-media ma rat il-konklużjonijiet tal-inkjesti li saru.
Il-Prim Ministru minn naħa tiegħu ilu xhur jiddefendi lill-Kurunell Alex Dalli, li hu l-persuna li jmexxi l-ħabs. B’Abela jgħid li għandu fiduċja fih.
//= $special ?>