Dan huwa ritratt li kien qed jiċċirkola fl-aħħar sigħat… ritratt illi jikkonferma d-disperazzjoni tan-nies fl-Afghanistan, fejn aktar minn 600 persuna rnexxielhom jippakkjaw ajurplan militari Amerikan biex jaħarbu minn pajjiżhom.
It-Tlieta, fl-ajruport ta’ Kabul issoktaw it-tirjiet ta’ ripatriazzjoni wara x-xeni ta’ qsim il-qalb li daru d-dinja matul il-jum ta’ qabel – xeni ta’ persuni li pruvaw jiddendlu mal-ġwieneħ ta’ ajruplan biex jaħarbu minn pajjiżhom bil-konsegwenza li spiċċaw waqgħu għal isfel.
It-Taliban mal-ewwel iddikjaraw stat ta’ amnestija madwar il-pajjiż kollu ghall-ħaddiema tal-Gvern, filwaqt li ħeġġeġ lin-nisa biex jingħaqdu mat-tmexxija taghhom… b’kelliem ghall-Kumissjoni Kulturali tat-Taliban qal li l-Istat Islamiku ma jridx li n-nisa jipiċċaw vittmi. Iżda minkejja din l-istqarrija, in-nisa għadhom imbeżża’ fejn se twassal din is-sitwazzjoni.
Dan filwaqt li l-ġellieda Talibani ġew ordnati jżommu d-dixxiplina u ma jidħlux f’bini diplomatiku u ma jersqux lejn vetturi tal-ambaxxati.
U quddiem din is-sitwazzjoni l-President Amerikan Joe Biden qed jibqa’ jiddefendi l-pożizzjoni li kien ħa hu stess biex jiġu irtirati t-truppi mill-Afganistan. Dan minkejja li issa… it-Talibani ħadu l-kontroll ta’ Kabul.
Biden tkellem ftit wara li t-Talibani daħlu fil-kapitali Afgana u ħadu kontroll assolut; għoxrin sena wara li kienu tkeċċew grazzi għall-invażjoni mmexija mill-Istati Uniti stess wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru.
F’diskors mill-White House, Joe Biden qal li ma jistax ikun li jkomplu jintilfu l-ħajjiet ta’ aktar suldati Amerikani minaħabba s-sitwazzjoni fl-Afghanistan.
Għakemm qal li se jibqa’ sod quddiem id-deċiżjoni li ħa, Joe Biden stqarr li ma stenniex li l-kollass tal-Gvern Afghan kien se jseħħ daqshekk malajr. Filwaqt li kritika t-tmexxija ta’ Donald Trump li kienet tat saħħa kbira lit-tmexxija tat-Taliban.
Intant l-Erbgħa mistennija ssir protesta fil-pjazza ta’ quddiem il-Parlament f’Londra sabiex il-Gvern ta’ Johnson jiipproteġi lill-qraba ta’ dawk kollha li jisabu f’Kabul ….u jġibhom lura r-Renju Unit mill-iktar fis possibbli.
//= $special ?>