Fl-aħħar 24 siegħa tilfu ħajjithom żewġ persuni oħrajn bil-COVID-19 hekk kif permezz ta’ post fuq Facebook, l-awtoritajiet ħabbru li mara ta’ 62 sena u raġel ta’ 91 mietu bil-Coronavirus. Mhux magħruf fejn mietu u lanqas ma nafu jekk dawn il-persuni kienux imlaqqma bil-vaċċin pero l-indikazzjonijiet juru li dawn il-persuni kienu qed jinżammu fit-taqsima tal-kura intensiva. Dawn l-aħħar fatalitajiet iwasslu biex pajjiżna issa tilef total ta’ 433 persuna kawża tal-Pandemija.
Filfatt, il-persuni fl-isptar minħabba l-COVID-19 naqsu bi tnejn mill-ITU meta f’din it-taqsima issa hemm tliet persuni li jiffurmaw parti minn total ta’ 41 persuna f’Mater Dei.
Bejn it-Tnejn u t-Tlieta saru total ta’ 3,112-il swab test li minnhom ħarġu 54 każ ġdid. Dan filwaqt li fl-aħħar sigħat fiequ 57 persuna biex b’hekk il-każi attivi naqsu marġinalment għal 604.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li għada se jkun qed jingħata l-vaċċin għall-‘walk-ins’ f”Mobile Clinic’ fil-Bajja tax-Xlendi f’Għawdex bejn il-5pm u d-9pm.
//= $special ?>