Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 82 każ ġdid ta’ COVID-19 minn fost 3,192 swab test. Permezz ta’ post fuq Facebook, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li l-każi attivi żdiedu għal 615 hekk kif fl-aħħar sigħat fiequ 71 persuna.
Minkejja li l-każi l-ġodda żdiedu xi ftit meta kkumparat mal-jiem preċedenti, b’xorti tajba, il-każi ta’ pazjenti tal-Coronavirus fl-isptar naqsu għal 37. Filfatt, fl-aħħar 24 siegħa ħarġu żewġ persuni mit-taqsima ta’ kura intensiva, filwaqt li ħarġu mill-isptar Mater Dei tliet persuni.
F’din is-76 ġimgħa mill-bidu tal-Pandemija f’pajjiżna, rajna erba’ fatalitajiet iżda b’xorti tajba, fl-aħħar 24 siegħa ħadd ma tilef ħajtu biex b’hekk it-total ta’ mwiet jibqa’ jammonta 433.
//= $special ?>