Basketball Sport

Bernard Vassallo jirtira minn referee wara karriera internazzjonali ta’ suċċess

Ir-referee Malti tal-Basketball Bernard Vassallo ħabbar li se jkun qed jiritra minn referee internazzjonali mal-FIBA wara karriera ta’ aktar minn 25 sena u 496 partita uffiċjali internazzjonali.

F’post fuq il-media soċjali Vassallo qal li kien qed jistenna li jikkontrolla l-500 partita tiegħu iżda l-Covid-19 ċaħditu milli jagħmel dan, hekk kif inqabad kif kwarantina mandatorja u ma setgħax jivvjaġġa għall-aħħar kampjonati tiegħu.

Minkejja dan Vassallo qal li dawn il-25 sena kienu memorabbli hekk kif iltaqa’ ma’ diversi persuni involuti fil-logħba tal-basketball, li ddeidkaw ruħhom għal dan l-isport.

Bernard Vassallo kien plejer tal-basketball iżda wara li kellu jieqaf ħesrem minħabba injury, fl-1992 hu għamel l-ewwel passi tiegħu fil-karriera ta’ referee. Vassallo kellu diversi esperejenzi internazzjonali fosthom żewġ Eurobasket EBW, Euroleague ELW Final 8, partiti tal-midalji tal-bronż fid-Diviżjoni A ta’ taħt it-18 u l-20 sena, partita tal-midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Commonwealth.

Vassallo irringrazzja wkoll lil FIBA, lil Federazzjoni Maltija tal-Basketball kif ukoll lil martu u lil ibnu li kienu ta’ sostenn għalih f’din il-karriera ta’ suċċess internazzjonali.