Futbol Sport

Birkirkara megħluba minn Glasgow City fil-UEFA Women’s Champions League

Birkirkara ………………………. 0

Glasgow City ………………….3

Partita deċiżiva biex ikun determint finalist għal post fit-tieni rawnd tal-kompetizzjoni. Ir-rebbieħ minn Grupp I bejn BIIK tal-Kazakhstan u Slovan Bratislava jilgħab kontra Glasgow City b’Birkirkara jilgħabu kontra t-tellief. Żewg gowls fl-ewwel kwarta kienu biżżejjed għal Glasgow City biex jieħdu l-inizjattiva kmieni fil-partita . Melania Bajada kowċ ta’ Birkirkara introduċiet lil Charlene Zammit fid-difiża u lil Flavia Fartaria fl-attakk. Glasgow City fetħu fuq l-offensiva tant li wara biss minuta setgħu fetħu l-iskor permezz ta’ Priscila Chincilla .

Madankollu fit-tielet minuta fetħu l-iskor b’xutt ta’ CLARE SHINE li għelbet lil Xuereb b’xutt minn barra l-kaxxa. Minuti wara tentattiv ieħor ta’ Chincilla għadda fuq il-mimduda. Janice Xuereb salvat id-daqqa ta’ ras ta’ Vital Klats iżda ma setgħet tagħmel xejn fil-15 il-minuta għat-tieni gowl skorjat minn PRISCILA CHINCILLA. Fit-30 minuta Xuereb salvat fuq Agata Filipa iżda gowl minn KLATS fit-43 minuta għalqet il-partita bit-tieni taqsima tkun aktar karatterizzata mid-diversi bidliet imwettqa miż-żewġ timijiet.