L-istaff tal-linja tal-ajru Awstraljana Qantas iridu bilfors jingħataw kollha t-tilqima kontra l-Covid-19. Id-direttiva hi konferma li l-Qantas saret l-aħħar linja tal-ajru li qed tinsisti biex il-ħaddiema kollha tagħha jitlaqqmu – fost stqarrija li l-ħaddiema ‘fuq il-frontline’ inklużi l-piloti, il-membri tal-cabin crew u l-istaff tal-ajruport jeħtieġu jieħdu t-tilqima sħiħa sa nofs-Novembru.
Il-kelliema għall-kumpanija qalu li l-impjegati li jkun fadal se jkollhom sal-aħħar ta’ Marzu tas-sena d-dieħla biex jingħataw iż-żewġ dożi tal-vaċċin.
Il-linja Qantas hi l-aktar kumpanija Awstraljana ta’ profil għoli li introduċiet politika mandatorja għat-tilqim lill-ħaddiema tagħha. Dan meta mal-4 fil-mija fost l-istaff tal-linja ‘ma jridux jieħdu l-vaċċin inkella mhumiex f’sitwazzjoni li jeħduha’.
Sadanittant, l-Istat ta’ New South Wales, fl-aħħar sigħat, irrapporta l-akbar qabża fl-infezzjonijiet bil-coronavirus għal jum wieħed.
//= $special ?>