12-il wild Naxxari tilfu ħajjithom traġikament minħabba l-passjoni li kellhom għal-logħob tan-nar u l-imħabba lejn il-patruna ta’ Marija Bambina.
Esebizzjoni li qed tittella’ mill-Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja fin-Naxxar stess qed tfakkar proprju lil dawn it-tnax-il persuna.
Kien nhar is-17 t’Awwissu tal-1971 meta b’diżgrazzja kienet inħasdet il-ħajja ta’ Francis Scicluna, Costantino Azzopardi u Peter Bonavia. Dan filwaqt li sentejn qabel, fl-1969, miet Karmnu Mifsud u għalhekk f’sentejn ir-raħal tan-Naxxar kien tilef erba’ minn uliedu.
Wara dawn id-disgrazzji, kienu bosta dawk li ttamaw li dan il-kapitlu mdallam kien intemm darba għal dejjem, iżda kellu jkun 37 sena wara, propju fit-12 ta’ Marzu 2008 meta seħħet traġedja ta’ natura differenti li fiha nħasdet il-ħajja ta’ Sina Sammut li f’darha stess sfat vittma kaġun ta’ inċident tan-nar.
Apparti dawn, sfortunatament kien hemm inċidenti oħra li iinvolvew il-kmamar tan-Nar fin-Naxxar.
Net News tkellem ma’ Anthony Muscat li tana iktar informazzjoni dwar din il-wirja.
//= $special ?>