Lokali

Ħadd ma jweġġa’ f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm aktar gravi

Ħelsuha ħafif is-sewwieqa li kienu involuti f’inċident ikrah ilbieraħ filgħaxija bejn żewġ vetturi fit-triq Tal-Barrani, fil-limiti taż-Żejtun.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7pm viċin fiz-zona fejn hemm it-traffic lights. Fil-post waslu kemm Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza.

Fortunatament, il-persuni involuti fil-ħabta ma kellhom bżonn ebda assistenza medika.