Formula 1 Sport

Ikkanċellata il-Grand Prix tal-Ġappun

Aktar kminei ttieħdet id-deċiżjoni li l-Grand Prix tal-Ġappun tkun ikkanċellata hekk kif il-każijiet tal-Covid 19 fil-Ġappun qegħdin jiżdiedu, B’hekk il-Grand Prix f’Suzuka, skedata għall-Ottubur li ġej, mhux se ssir għat-tieni sena konsekuttiva bil-Formula 1 mistennija tħabbar ċ-ċirkwit li se jkun qed jieħu postha, fil ġimgħat li ġejjin.

Dan ifisser li issa fadal għaxar tlielaq għal tmiem l-istaġun wara li aktar kmieni kienet ikkanċellata wkoll il-Grand Prix tal-Awstralja li kellha ssir f’Novembru, bit-tlielaq fil-Messiku kif ukoll fil-Brażil għadhom dubjużi.