L-aħbar li s-sitwazzjoni fil-ħabs wasslet biex priġunier ieħor jitlef ħajtu hija ta’ qsim il-qalb u rabja. Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista qed isejjaħ għal riforma urġenti fil-ħabs. Hekk stqarr dalgħodu f’messaġġ li għadda fuq il-media soċjali il-Kap tal-PN bernard Grech.
Hu fakkar ukoll kif fid-dawl ta’ dan kollu, il-Ministru Byron Camilleri għadu qed jinħeba.
“Il-ħin għadu għaddej, in-nies għadhom qed jitilfu ħajjithom, u hekk se jibqa’ jiġri iktar ma ddum ma tittieħed deċiżjoni li suppost ilha li ttieħdet”.
//= $special ?>