Lokali

Jiddaħħal grupp ta’ immigranti f’Malta

Għall-ħabta tal-11pm tal-bieraħ iddaħħlu f’pajjiżna 10 immigranti li ġew salvati mill-AFM.

Sorsi li tkellmu ma’ Net News spjegaw li dawn l-immigranti iddaħħlu f’Boiler Wharf, fl-Isla. Għalkemm minn naħa tal-Gvern ma jarġet ebda stqarrija.

Dan kollu seħħ wara li f’Lulju ddaħħlu ‘il fuq minn 160 immigrant irregolari filwaqt li tul l-aħħar ġimgħat diversi immigranti li qed jirriskjaw ħajjithom u jaqsmu l-baħar Mediterran għal tama ta’ ħajja aħjar komplew iżidu l-wasliet tagħhom anke fi Sqallija u Lampedusa.