Il-Gvern komunista ta’ Kuba introduċa regoli ġodda dwar l-użu tal-Internet u l-media soċjali – bil-kritiċi jsostnu li r-regoli huma intiżi biex joħonqu l-leħen tal-Oppożizzjoni.
Id-digrieti relatati kienu pubblikati ftit wara l-akbar protesti kontra l-Gvern li qatt saru f’Kuba – u fejn in-nies użaw il-media soċjali biex ‘jixprunaw moviment għal azzjoni’.
Id-digrieti jesiġu, intant, li ‘kull azzjoni li tmur kontra ż-żamma tal-ordni pubblika għandha titqies bħala reat’. Dan fost l-insistenza ‘biex il-providers tal-Internet jaqtgħu l-aċċess għal kulmin iferrex aħbarijiet foloz jew jipprova jħammeġ lill-Istat f’għajnejn il-poplu’.
//= $special ?>