Internazzjonali

Jiżdiedu l-mejtin mit-terremot ta’ Haiti

Talanqas 1,941 persuna mietu fit-terremot qawwi tas-Sibt, f’Haiti, bl-uffiċjali jsibu talanqas 500 vittma oħra mill-bidu tal-ġimgħa ‘il hawn.

Intant, kważi 10,000 persuna ndarbu fit-terremot – li kien jimmarka 7.2 fuq l-Iskala Richter — b’ħafna nies għadhom neqsin  sallum. Il-ħidma tas-salvataġġ qed tkun imfixkla mix-xita qawwija dovuta għall-maltempata tropikali bl-isem ‘Grace’ li fl-aħħar sigħat baqgħet għaddejja bl-istess intensità tal-ġranet preċedenti.

In-Nazzjonijiet Uniti qalet li mal-500,000 tfal, issa, mgħandhom l-ebda aċċess għall-kenn inkella għandhom aċċess limitat ħafna. Dawn it-tfal, fl-istess ħin, mhux qed isibu biżżejjed ikel u ilma għal kuljum.

Ir-rappreżentanti tal-UN Children’s Fund (Unicef) f’Haiti, sadanittant, qalu li numru sinifikanti ta’ familji tilfu kollox fit-terremot tas-Sibt u llum qegħdin litteralment jgħixu ‘b’saqajhom fl-ilma’ minħabba l-għargħar sussegwenti,