“Biċċa kbira minn ħajjitna hija nieqsa. Nixtiequ li nistgħu ndawru lura l-arloġġ, anke għal sekonda waħda biss, biex forsi ngħidu xi ħaġa li qatt ma għidna, jew nidħqu flimkien. Sfortunatament ma nistgħux. Id-destin kien krudili. Irridu ngħixu bih, bħalma ngħixu bil-ħafna memorji li għandna flimkien. Kienet sena iebsa, irriflettejna u staqsejna ħafna mistoqsijiet, imma xejn ma jimla l-vojt li ħallejt. Traġedja li għamlitna aktar b’saħħitna. Aħna nġorru lil Chris f’qalbna u f’moħħna, u se nagħmlu dan għal dejjem” – Dan kien il-messaġġ ta’ qsim il-qalb li ħalliet dalgħodu oħt Chris Pandolfino hekk kif għaddiet sena mill-qtil brutali ta’ Pandolfino u Ivor Maciejowski li kienu maqtula fir-residenza tagħhom fi Triq Locker f’Tas Sliema.
Kienet sparatura f’Tas-Sliema li nbidlet fi tragedja – delitt doppju li ħasad lir-residenti kollha li joqghodu fiz-zona ta’ bejn Tigne’ u Qui-si-sana. Ezatt bħal-lum sena għall-ħabta tal-10.15 ta’ filgħaxija l-ħemda tal-lejl inkisret bi hsejjes ta’ sparaturi u kommossjoni kbira f’binja ta’ tlett sulari, kantuniera ma’ Triq Tony Nicholl.
B’rabta ma dan il-każ bħalissa għaddejja kumpilazzjoni fil-konfront ta’ diversi persuni b’wieħed minnhom kien estradit lejn Malta minn Cadiz fi Spanja wara li allegatament ħareb minn pajjiżna wara d-delitt.
//= $special ?>