Ċifri maħruġa llum mill-NSO juru li bejn Ġunju u Lulju kien hemm żieda fl-Indiċi tal-Prezzijiet illi jitfa’ dawl fuq l-għoli tal-ħajja. Dan l-indiċi jikkonferma li kien hemm żieda fil-prezzijiet tal-ikel u x-xorb, żieda fil-prezzijiet tar-ristoranti, kif ukoll żidiet fil-prezz ta’ apparat domestiku u servizzi ta’ trasport.
L-istatistika tal-NSO turi żidiet fil-prezzijiet b’mod konsistenti sa minn Frar ta’ din is-sena. L-akbar żieda fuq sena, u forsi l-aktar żieda sinifikanti, kien marbuta mal-ispejjes tal-familji fejn tidħol l-edukazzjoni.
L-Indiċi tal-Prezzijiet għal Lulju kejjel 0.3 fil-mija.
//= $special ?>