“Il-fatt li Yorgen Fenech se jkun qed jgħaddi ġuri huwa pass importanti fit-triq għall-ġustizzja. Iżda ma nistgħux nieqfu hawn”.
Hekk kiteb il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wara li dalgħodu, l-Avukat Ġenerali preżentat l-akkużi formali li mistenni jaffaċja l-imprenditur Yorgen Fenech meta jgħaddi ġuri b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Grech kiteb li dan il-pass ikompli juri kif Daphne Caruana Galizia nqatlet minħabba dak li kienet qed tinvestiga, u li kienet se tikxef. “Biex il-ġustizzja tkun saret kollha, għandhom jitressqu dawk kollha involuti fl-assassinju, u dawk involuti fil-korruzzjoni li Daphne kienet qed tinvestiga” sostna Bernard Grech.
Dan filwaqt li sostna li ll-Partit Nazzjonalista nieda l-inizjattiva #QattAktar biex jassigura li l-kultura ta’ impunità li ħoloq il-Partit Laburista fil-Gvern tispiċċa darba għal dejjem.
//= $special ?>