Futbol Sport

Martin Odegaard mistenni jingħaqad ma’ Arsenal

Il-midfielder ta’ Real Madrid Martin Odegaard mistenni jissieħeb lil Arsenal fil-jiem li ġejjin, hekk kif intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ timijiet għall-midfielder ta’ 22 sena. Odegaard qatta’ t-tieni parti tal-istaġun li għadda b’self ma’ Arsenal, bit-tim minn Londra kien qed jaħdem biex jagħmel it-trasferiment wieħed permanenti. Arsenal mistennija jħallsu s-somma ta’ £30 miljun għall-midfielder Daniż.

Odegaard kien ingħaqad ma’ Real Madrid fl-2015 fejn lagħab tmien darbiet mat-tim imexxi minn Carlo Ancelotti. MIn-naħa l-oħra ma’ Arsenal Odegaard lagħab 20 darba u skorja żewġ gowls, bil-kowċ Mikel Arteta kif ukoll id-direttur sportiv Edu Gaspar, jidhru li kienu mpressjonati mhux ftit bit-talent ta’ Martin Odegaard.