Dalgħodu, l-Avukat Ġenerali preżentat l-akkużi formali li mistenni jaffaċja l-imprenditur Yorgen Fenech meta jgħaddi ġuri b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan ifisser li issa għalaq il-proċess tal-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront ta’ Fenech – għalkemm fi stadju avvanzat ikun hemm possibbiltà tinfetaħ mill-ġdid il-kumpilazzjoni jekk tfeġġ evidenza ġdida.
Yorgen Fenech se jgħaddi ġuri akkużat b’kompliċità fl-assassinju, u anke assoċjazzjoni ma’ ċirku kriminali. Dwar il-qtil innifsu, Fenech jista’ jeħel għomru l-ħabs, filwaqt li dwar l-akkuża ta’ assoċjazzjoni kriminali hu jista’ jkun ikkundannat bejn 20 u 30 sena priġunerija.
Għal Yorgen Fenech qed jidhru l-avukati Charles Mercieca, Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri. F’isem il-familja Caruana Galizia qed jidhru l-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia.
//= $special ?>