Is-sens ta’ disperazzjoni fl-Afganistan ħa dimensjoni oħra hekk kif fl-aħħar sigħat kompla l-eżodu ta’ eluf ta’ ċittadini li ppruvaw jaħarbu minn pajjiżhom… pajjiż li issa jinsab ikkontrollat mil-grupp miltanti tat-Taliban.
Ta’ qsim il-qalb ix-xeni ta’ nisa li bdew jitfgħu lit-trabi minn naħa għall-oħra ta’ ħajt fi fruntiera bit-tama li jiġu salvati minn suldatli li kienu fuq in-naħa l-oħra.
Fuq il-ħajt … barbed wire kollu xfafar tal-metall… b’xi trabi saħansitra jeħlu ma’ dan il-wire.
Uffiċjali għolja li xehdu dawn ix-xeni ta’ qsim il-qalb qalu li s-suldati tagħhom qattgħu lejl jibku wara x-xeni li raw… u sostnew li dak li raw fl-aħħar sigħat kien se jibqa’ magħhom għal ħajjithom kollha.
Minkejja l-wegħdi tat-Taliban li huma kienu se jmexxu l-Afganistan bil-paċi u li n-nisa se jkunu jistgħu jaħdmu u jistudjaw, sa issa għadu jirrennja kaos sħiħ u paniku fil-pajjiż.
//= $special ?>