Lokali

“Daħlu fid-dar u serqulna l-fekruna”

Din li qed taraw fir-ritratt hija Molly – fekruna li hija parti mill-familja ta’ Lauran-Lynn Borg Calleja, li iżda spiċċat insterqet mir-residenza tagħhom fi Gwardamanga.

F’messaġġ fuq Facebook, Borg Calleja kitbet li din il-fekruna hi fraġli ħafna, u sensittiva. “Daħlu fid-dar u serqulna l-fekruna hekk kif bħalissa qed nagħmlu xi xogħol ta’ kostruzzjoni fir-residenza”, spjegat it-tfajla fil-messaġġ li ħalliet.

Il-familja qed tappella lil min ħadha biex jirritornaha lura kemm jista’ jkun malajr.