Lokali

Eks-priġunier jgħid li Alex Dalli jdur fil-ħabs b’revolver fuqu

Jgħid li 'postu mhux hemm'

Eks habsi illi jitkellem b’mod dirett, u fi kliemu d-direttur tal-ħabs miġnun. Is-sistema mhux taħdem. Nofs it-tort li tgħallaq huwa tagħhom.

Stqarrijiet b’saħħithom minn Anthony Borg…persuna li kien il-ħabs kemm-il darba u li ċempel waqt il-programm ‘Kuntatt’ fuq Net FM, prezentat minn Dione Borg.

“IS-SISTEMA MHIX TAĦDEM

Anthony Borg tkellem dwar kif Colin Galea, l-ahhar habsi li spicca miet, kien talab bil-ħniena lit-tmexxija tal-ħabs biex ma jitteħidx f’diviżjoni partikolari tal-Facilita Korrettiva ta’ Kordin fejn ma setax ikompli jaħdem. Izda it-tmexxija tal-ħabs irrifjutat din it-talba.

“GĦALIJA PARTI MIT-TORT HUWA TAGĦHOM. NOFS IT-TORT HUWA TAGĦHOM LI TGĦALLAQ

Borg iddeskriva lid-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli bħala John Wayne.

“ISSA DAĦAL DAN ID-DIRETTUR, JIĠRI BIR-REVOLVER QISU JOHN WAYNE, JAQBAD L-AIRGUN U JIDĦOL JISPARA FUQ IL-ĦAMIEM, QATEL IL-ĦAMIEM KOLLU, JISPARA FUQ IT-TWIEQI TAL-PRIĠUNIERI. DAN MIĠNUN DAR-RAĠEL

Borg huwa l-eks priġunier li fl-aħħar jiem ta intervista li matulha ddeskriva s-sitwazzjoni fil-faċilità ta’ Kordin.

Tul it-telefonata fuq Net FM, Borg spjega kif Alex Dalli ġab sens ta’ ostilità fil-ħabs… saħansitra kien rema t-tiżjin tal-Milied u qata’ attivitajiet li kienu jġibu ftit tal-wens lill-ħabsin.

Hu kompla jispjega ċ-ċirkustsanzi umiljanti li qed jgħixu fihom il-priġunieri… inkluż in-nuqqas ta’ faċilitajiet biex wieħed jagħmel il-bżonnijiet tiegħu b’mod dinjituż.

Anthony Borg qal ukoll li d-Direttur sar jiddeċiedi minflok il-psikjatra.

“DAN QABEL KIEN JIKKMANDA L-PSIKJATRA DID-DARBA TLAJT IL-FORENSIC GĦDITILHA NISTA’ NIBQA’ FTIT HAWN? QALTLI GĦANDI ORDNI MID-DIRETUR GIEX INNIŻŻLEK. GĦIDTILHA MELA MHUX IL-PSIKJATRA JIKKMANDA HAWN.. QALTLI KIEN XI DARBA IMMA MHUX TAĦT DAN ID-DIRETTUR

Anke l-uffiċjali tal-ħabs, skont l-istess Borg, ħafna minnhom jitwerwru mid-Direttur.

Mistqosi jekk il-ħabs hux qed jgħin jirriforma lil min jidħol fil-faċilità….Anthony Borg kellu dan xi jgħid.

“ANTHONY INTI TĦOSS LI L-ĦABS GĦENEK TIRRIFORMA? XEJN XEJN XEJN TIDĦOL NGĦAĠA U TOĦROĠ TIGRA BIL-ĦDURA LI HEMM SPEĊJALMENT TAĦT DAN ID-DIRETTUR

Anthony Borg qal li Alex Dalli jrabbilek ħdura waqt li tkun fil-Ħabs.

“JEĦEL KULĦADD MA RASEK BIL-ĦDURA LI JRABBILEK, DAN MHUX POST HEMMHEKK, MHUXIEW POSTU HEMMHEKK

L-eks priġunier tkellem dwar sistema li falliet… u l-ħtieġa immedjata ta’ riforma mill-qiegħ – riforma li skont Borg ma tistax issir taħt id-direttur preżenti tal-ħabs.