Internazzjonali Kurżitajiet Mużika

Elton John jissorprendi b’kunċert impromptu f’ristorant fi Franza

Persuni li kienu qegħdin jirrilassaw u jieklu f’ristorant partikolari fir-Riviera Franċiża ftit tal-jiem ilu ħadu aktar milli ħallsu għalih hekk kif f’ħin minnhom sabu ruħhom prattikament f’nofs kunċert impromptu mill-kantant veteran Ingliż Elton John.

Il-kantant li wkoll kien qed jiekol fir-ristorant f’ħin minnhom deher jidħol fiż-żona tad-deejay u minuti wara kien qed ikanta s-silta “Cold Heart”. Elton John irrekordja remix ta’ din id-diska mal-kantanta Dua Lipa waqt il-lockdown.

Qabel beda jkanta, Elton John talab lil dawk preżenti biex jitilgħu jiżfnu fuq l-imwejjed mal-kant tiegħu.

Il-kantant Ingliż għandu 74 sena u għadu attiv fix-xena tal-ispettaklu.