Coronavirus Lokali Saħħa

Imutu żewġ persuni oħra bil-Covid-19

Fl-aħħar sigħat mietu żewġ persuni oħra bil-Covid-19, mara ta’ 96 sena u raġel ta’ 79 sena. L-ammont ta’ vittmi kaġun tal-pandemija issa tela’ għal 435, filwaqt li sa issa tul is-76 ġimgħa tal-imxija f’pajjiżna kellna 6 vittmi.

Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis kellna 86 każ ġdid, biex l-ammont ta’ każijiet attivi issa telgħu għal 643. Il-każijiet totali issa telgħu għal 35,602. Aħbar tajba hi li fl-aħħar sigħat fiequ 56 persuna.

Minn dak li ħareġ il-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook intqal li issa hemm 32 persuna fl-isptar, b’żewġ persuni qed jirċievu l-kura fl-ITU.

S’issa ngħataw 788,292 tilqima u 407,154 persuna huma mlaqqmin kompletament.

L-awtoritajiet tas-saħħa qed jibqgħu jappellaw għall-kawtela, u jinsistu biex min ma tlaqqamx… imur jieħu l-vaċċin.

Tags