Lokali

Klijenti tan-Nutar Barbara jitolbu li tinfetaħ Inkjesta Maġisterjali

Permezz tal-avukat David Bonello, numru ta’ klijenti tan-Nutar Ivan Barbara kitbu lill-Maġistrat tal-Għassa u talbuh jiftaħ Inkjesta Maġisterjali sabiex jiġu nvestigati l-fatti b’rabta mal-pagamenti li għamlu fuq atti pendendti sabiex jiġi stabbilit jekk hux l-każ li jittieħdu proċeduri fil-konfront tal-armla tan-nutar, Rosanne Barbara Zarb.

L-istess persuni poġġew lilhom infushom għad-dispożizzjoni sħiħa tal-Maġisrat tal-Għassa.

In-Nutar Barbara kien miet ftit tal-mumenti qabel ma kellu jittella’ fuq ajruplan li kellu jwasslu lura pajjiżna mill-Indja fejn kien mar biex jaddotta tifla. Hu kien marad bil-Covid waqt li kien hemm.

Iżda wara mewtu, klijenti li kellhom flushom miżmuma f’dak li huwa clients’ account sabu li flushom ma kienux għadhom kollha hemm, u minn informazzjoni mill-Kunsill Nutarili skoprew ukoll li l-armla tan-nutar kienet irrinunzjat għall-wirt ta’ żewġha.