Lokali Qorti

L-Imħallef Grixti kien xtara jott mingħand missier Yorgen Fenech

L-Imħallef Giovanni Grixti li jrid jiddeċiedi dwar talba li għamel Yorgen Fenech għal ħelsien mill-arrest fl-2008 kien xtara jott mingħand missier l-istess Fenech, akkużat bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan żvelah fuq il-media soċjali Matthew Caruana Galizia, iben il-ġurnalista assassinata.

Meta inxtara dan il-jott, Grixti kien għadu mhux Imħallef.

Skont dokumenti li ġew ippubblikati fuq Facebook, dan il-jott ta’ 50 pied kien inxtara mingħand George Fenech.

L-Imħallef għadu sa issa ma tax deċiżjoni jekk jilliberax lil Yorgen Fenech fuq bail.

Ilbieraħ kien konfermat li Fenech se jgħaddi ġuri, hekk kif ħarġet l-att tal-akkuża formali.