Lokali

Mara ta’ 49 sena tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Mara ta’ 49 sena kellha tiġi rikoverata l-isptar Mater Dei wara li lbieraħ filgħaxija għal ħabta tas-6.00pm kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq Burma, f’Pembroke.

Mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li l-mara sofriet xi ġrieħi wara li ntlaqtet minn vettura Nissan Qashqai, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena residenti l-Pembroke ukoll.

Tim mediku ta l-għajnuna lill-mara filwaqt li ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.