Lokali

NIŻVELAW: Arrestat il-ħames persuna implikat fil-każ tal-qabda tad-drogi

Net News jista’ jiżvela li fl-aħħar sigħat ġie arrestat il-ħames persuna implikat fil-każ tal-qabda tad-drogi li seħħet f’Burmarrad aktar kmieni dan ix-xahar.

Kien dan is-sit illi aktar kmieni illum żvela li aktar minn 130kg ta’ kannabis instabu f’bottijiet taż-żebbuġ li kienu qed jinżammu f’garaxx f’Burmarrad. Dan wara operazzjoni delikata minn naħa tal-Pulizija. B’kollox fil-garaxx kien hemm 441 bott issiġillat. Instab ukoll ammont konsiderevoli ta’ droga kokaina.

Aktar tard, il-Pulizija qalu li l-valur tad-droga misjuba tlaħħaq €2.5 miljun.