Għaddew 48 siegħa mill-aħħar każ ta’ mewt fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin u għadna ma smajna xejn dwar riforma fit-tmexxija ta’ din il-faċilitá. Id-direttur tal-faċilitá għadu hemm u l-Ministru Byron Camilleri għadu ma ħa l-ebda azzjoni li tirrifletti responsabbiltá u minflok waqa’ fil-muta.
Fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista, diversi esperti u analisti fis-settur sejħu għar-riforma fit-tmexxija tal-ħabs, madankollu u minkejja tlettax-il mewt f’din il-faċilitá għadna qed nistennew xi tip ta’ azzjoni.
Il-Ministru Byron Camilleri qed jibqa’ ċass quddiem din is-sitwazzjoni u b’irresponsabbiltá qed jibqa’ jibbaża ruħu fuq inkjesta li sejjaħ ftit jiem ilu. Inkjesta li hi mifnija b’kunflitti ta’ interessi.
Il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid jappella lill-Prim Ministru, li ma jistenniex mewta oħra u minnufih jara li l-proposti tal-Oppożizzjoni, kif ukoll dawk ta’ diversi esperti fis-settur, dwar riforma fil-ħabs, jitwettqu mingħajr aktar dewmien, fosthom li jiġi pprovdut trattament xieraq lill-vittmi tad-droga l’ bogħod mill-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin.
//= $special ?>