Lokali

“Abela mhedded minn Muscat u l-kontinwità tal-iżjed bniedem korrott tal-2019” – Bernard Grech

“Waqt li Joseph Muscat iwaħħal kull ħaġa li ġara taħt it-tmexxija tiegħu fil-Partit Nazzjonalista, fil-Qorti kompliet tinstema’ x-xhieda kif l-id il-leminija tiegħu kien qed jgħin lill-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia”.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq Facebook kiteb li l-Prim Ministru Robert Abela għandu llum qabel għada jifhem dak li qed jgħidlu kulħadd, inkluż dawk li lhom jimmilitaw fil-Partit Laburista, u jiċħad u jkeċċi lil Joseph Muscat.

Madankollu, kiteb Grech, nafu li dan mhux se jiġri, għax issa nafu iżjed minn qatt qabel kemm Robert Abela huwa mhedded minn Joseph Muscat u huwa kontinwità ta’ dak li ġie vvutat l-iżjed bniedem korrott fl-2019.