Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia sejjaħ skwadra ta’ 30 player għall-waqfa internazzjonali li jmiss fejn it-tim Malti se jkun impenjat fi tliet partiti minn Grupp H fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li se ssir is-sena d-dieħla fil-Qatar.
Għall-partita kontra Ċipru, li t-tim Malti se jkun qed jilgħab fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, se jkunu jistgħu jirritornaw il-partitarji hekk kif sa mill-bidu tal-pandemija t-tim Malti dejjem lagħab mingħajr partitarji, fejn din se tkun ukoll l-ewwel partita ta’ Devis Mangia quddiem il-partitarji minn meta ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim nazzjonali.
Għal dawn il-partiti, Mangia kien kostrett jagħmel xi tibdiliet mill-aħħar waqfa internazzjonali bil-goalkeepers, Matthew Grech ta’ Pembroke Athleta u Cain Formosa ta’ San Ġwann ikunu msejjħa għall-ewwel darba mat-tim Malti. Mill-aħħar waqfa kien hemm ukoll seba’ tibdiliet oħra b’numru ta’ żagħżagħ jkunu msejjħa mat-tletin player.
L-iskwadra proviżorja:
Goalkeepers
Henry Bonello (Ħamrun Spartans); Cain Formosa (San Ġwann); Jake Galea; Matthew Grech (Pembroke Athleta)
Difensuri
Andrei Agius (Hibernians); Steve Borg (Gżira United); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Zach Muscat (Casa Pia); Enrico Pepe (Birkirkara); Kurt Shaw (Sliema Wanderers)
Midfielders
Cain Attard (Birkirkara); Ryan Camenzuli (Floriana); Triston Caruana (Valletta); Juan Carlos Corbolan (Ħamrun Spartans); Joseph Essien Mbong (Ħamrun Spartans); Nicolai Muscat (Gżira United); Brandon Diego Paiber (Floriana); Steven Pisani (Gżira United); Nevin Portelli (Gżira United); Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise); Dunstan Vella (Hibernians); Dexter Xuereb (Gżira United); Yannick Yankam (Birkirkara)
Attakkanti
Jan Busuttil (Floriana); Shaun Dimech (Valletta); Omar Elouni (Sliema Wanderers); Jake Grech (Hibernians); Paul Mbong (Birkirkara); Luke Montebello (Birkirkara); Alexander Satariano (Frosinone Calcio)