Save draftPreviewSchedule…Add title
Is-Segretarju Britanniku għall-Affarijiet Barranin, Dominic Raab, iddefenda d-deċiżjoni biex ma jikkuntattjax lill-Ministru tal-Afganistan bl-istess dekasteru dwar l-evakwazzjoni tal-interpreti li għenu lill-qawwiet tar-Renju Unit li kienu stazzjonati fl-artijiet Afgani.
Dominic Raab qal li kien ta priorità assoluta ‘lis-sigurtà’ fl-ajruport ta’ Kabul waqt li ‘iddelega’ il-kuntatti partikulari lil Ministru Britanniku ieħor. Intant. Raab spjega li ‘il-kuntatti baqgħu ma sarux minħabba li s-sitwazzjoni fl-Afganistan kompliet taqleb kompletament għall-agħar’. Raab, li jinsab taħt pressjoni fost akkużi dwar ‘nuqqas ta’ responsabbiltà’ fid-dawl tal-kriżi, qed jiċħad għas-sejħiet tal-Oppożizzjoni biex jirriżenja mill-kariga.
Jiem ilu, rapporti fl-istampa Britannika żvelaw li Raab, ġimgħa ilu, ma kienx dispost li jagħmel it-telefonata importanti lill-Ministru Afgan għall-Affarijiet Barranin meta kien fuq btala f’Ċipru. Dan fi żmien meta t-Talibani kienu għadhom qegħdin javvanzaw fid-direzzjoni ta’ Kabul, il-kapitali tal-Afganistan.
Intant, il-Kurunell Richard Kemp, eks-kmandant tal-qawwiet Britanniċi fl-Afganistan, qal li d-deċiżjoni ta’ Raab biex ma jikkuntattjax lill-Ministru Afgan ‘tindika nuqqas ta’ urġenza fuq livell ministerjali’ b’relazzjoni mal-konflitt fit-territorji Afgani.
//= $special ?>