Futbol Sport

Draw ta’ mingħajr gowls fid-Derby l-Antik

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Matthias Mizzi

Sliema Wanderers…….0

Floriana……………………0

Sliema W.: T. Aquilina, P. Morales (88’ M. Freitas), K. Shaw, Y. Uchida (88’ S. Grech), J. Mintoff (55’ O. Elouni), E. Agius (72’ C. Flores), G. Aquilina, I. Gui (72’ D. Holla), M. Beerman, R. Sohna, D. Vukovic.

Floriana: G. Kitanov, A. Magri, C. Rutjens, O. El Hasni, Z. Cassar, K. Keqi, J. Arias (90 +4’ B. Paiber), N. Garcia, A. Garzia, R. Camenzuli (52’ J. Busuttil), D. Agius (52’ A. Caseres).

Imwissija: 80’ M.Beerman

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees:  Duncan Sultana & Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal:  Fydor Zammit

BOV Plejer tal-Logħba: J. Busuttil (FLR)

Fil-konfront meqjus bħala d-derby l-antik ta’ Malta ż-żewġ timijiet qasmu l-punti bejniethom wara li l-ebda tim ma kien kapaċi jiskorja. L-aħħar darba li t-timijiet iltaqgħu kien fit-13 ta’ Diċembru li għadda fejn Sliema ħarġu rebbieħa b’goal ta’ Juri Cisotti.

Kienu Floriana li marru l-ewwel viċin minn żball fid-difiża ta’ Sliema b’Timothy Aquilina kien strumentali bejn il-lasti. Floriana komplew jagħfsu l-aktar minn fuq il-linja xellugija permezz tal-ġirjiet veloċi minn Ryan Camenzuli. Ċans tad-deheb għall-Furjaniżi ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima tefa’ pressjoni kbira fuq Sliema li ftit li xejn kienu perikolużi. Kien proprju ż-żagħżugħ Adam Magri Overend li interċetta tajjeb, baqa’ tiela’ u b’kross preċiż fil-baxx tefa’ lil Kristian Keqi waħdu mal-gowler, li madankollu dan falla milli jiskorja. L-ewwel minuti tat-tieni taqsima kienu kkaratterizzati minn l-istess tip ta’ logħob b’Floriana kemxejn aktar perikolużi fuq l-attakk. Minkejja dan fil-57 minuta Sliema rreaġixxew minn azzjoni maħduma tajba ta’ Myles Beerman li qabeż diversi plejers iżda l-konklużjoni tiegħu kienet waħda ċentrali. Reazzjoni għal dan Floriana rrispondew tajjeb fejn ftit minuti wara s-sostitut Jan Busuttil tela’ b’kontrattakk perikoluż bix-xutt tiegħu iħakkek mal-lasta. Aquilina baqa’ strumentali matul il-partita kollha b’diversi saves akrobatiċi li ċaħħad lill-Furjaniżi milli jiskorjaw.