Lokali

Dritt għal risposta

Ftit tal-jiem ilu, l-uffiċju tal-istatistika ħareġ rapport dwar l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna – rapport li juri b’mod fattwali kif il-ħajja qed tkompli togħla f’pajjiżna.. xahar wara xahar. 

Iżda fir-rappurtaġġ tagħhom One News għażlu li jirappurtaw b’mod li fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom kien hemm aktar minn elf kumment jikkritikaw dan it-tip ta’ rappurtaġġ.

Net News irrapporta dwar ir-reazzjoni ta’ ħafna fuq din l-aħbar, iżda wara r-rappurtaġġ tagħna, One News kitbulna u talbu dritt ta’ risposta għax skont huma, il-fatt li One News għamlu servizz tal-aħbarijiet ibbażat fuq l-istatistika kif naħruġa mill-Eurostat ma kienx ‘fake news’.

Filwaqt li nifhmu li l-One ikkwota parti mill-istatistika maħruġa mill-Eurostat, bħala NET NEWS insostnu li kieku One News riedu tassew jirrapurtaw il-verita’ kollha, kienu jikkwotaw kollox – anke dak li ħareġ skont l-Indiċi ta’ Prezzijiet maħruġ mill-istess Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika ta’ pajjiżna – u kienu jsaqsu lill-istess nies jekk hux qed jaraw il-ħajja togħla jew torħos.

Ezeċizzju li filfatt Net News għamel fl-aħħar jiem.

Net News jinsab ċert li kull min imur jixtri b’mod regolari jista’ jikkonferma jekk il-mod kif irraporta l-One dwar l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna huwiex fake news jew le.

L-ebda dritt għal risposta ma tbiddel il-fatti.