Iċ-Ċina rrevediet formalment il-liġijiet biex tippermetti li l-koppji fil-pajjiż ikollhom tlett itfal – u qed isir bil-għan li l-pajjiż jistimola r-rati tat-twelid.
Ir-regolazzjoni kienet fost ħafna li għaddew waqt laqgħa għall-ogħla deputati tal-pajjiż, f’dan il-każ il-membri tal-Kungress Nazzjonali tal-Poplu.
Kien proprju f’Mejju meta ċ-Ċina ddeċidiet biex il-koppji residenti fil-pajjiż irabbu sa tliet ulied u fejn spikkat bidla sinifikanti fl-aspett politiku partikulari.
Għaldaqstant, id-deċiżjoni issa spiċċat aċċettata bħala liġi, l-istess bħal diversi riżoluzzjonijiet intiżi biex jistimolaw ir-rati tat-twelid biex ‘jonqos il-piż tat-trobbija ta’ tifel jew tifla’.
Iċ-Ċina anki rtirat il-piena finanzjarja li kienet qed tkun imposta għall-familji li jkollhom it-tfal mingħajr limitu. Hu intiż ukoll li l-Gvernijiet lokali jinkoraġġixxu s-sistemi li jippermettu ġranet ta’ leave lill-ġenituri, fost iż-żieda fid-drittijiet tax-xogħol għall-mara. Intant, hemm ukoll il-pjani għal titjib fl-infrastruttura u l-faċilitajiet ta’ childcare fil-pajjiż.
L-aħħar ċensiment fiċ-Ċina kien qed juri nuqqas profond fir-rati tat-twelid u l-Gvern, b’hekk, iddeċieda li jindirizza s-sitwazzjoni ‘skont ma hu xieraq’.
Fl-2016, il-pajjiż kien xolja l-politika fejn familja setgħet ikollha tifel jew tifla wieħed biss u li kienet ilha fis-seħħ għal snin — u fejn, minflok, introduċa ‘limitu ta’ żewġ ulied għal kull familja’. Madankollu din il-miżura kienet naqset xorta waħda li tistimola u ssostni ż-żidiet fir-rati tat-twelid fiċ-Ċina.
//= $special ?>