Coronavirus Lokali

Il-każi attivi jonqsu bi tnejn, il-persuni fl-isptar jiżdiedu b’erbgħa

Jonqsu bi tnejn il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna hekk kif bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa kienu rreġistrati 51 każ ġdid filwaqt li 53 persuna ġew iddikjarati li fiequ. Il-każi attivi issa huma 641.

Fl-aħħar sigħat ma kienx hemm vittmi tal-virus biex b’hekk in-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom bil-Covid f’Malta baqa’ 435.

Sal-Ġimgħa kienu 36 il-persuni li kienu rikoverati fl-isptar u li kienu pożittivia għall-virus… żieda ta’ 4 persuni fuq il-Ħamis.

Fit-Taqsima tal-Kura Intensiva hemm żewġ persuni.

Sa issa ftit aktar minn 408,000 persuna tlaqqmu b’mod sħiħ.

Tags