Lokali

“Il-Ministru Byron Camilleri ‘not fit for purpose'” – Andrew Azzopardi

JIEN INKWETAT GĦAX 7 MINN KUL 10 PRIĠUNIERI LI SE JOĦORĠU MILL-ĦABS FIL-ĠRANET LI ĠEJJIN SE JERĠGĦU JIDĦLU … DIN L-ISTATISTIKA MHUX PEPPI… MHUX ANDREW… MHUX RODERICK QED JGĦIDUHA.. QED JGĦIDUHA L-KONSULENTI TAL-GVERN

Matul il-programm Dritt Għall-Punt ippreżentat minn Roderick Agius for Net TV, id-Dekan tal-Fakultà tal-Benesseri Soċjali Andrew Azzopardi rrakkonta kif waqt li kien il-Ħabs joffri l-għajnuna tal-Università mill-fakultà tiegħu…. id-Direttur tal-faċilità, Alex Dalli ftaħar bil-krib ta’ priġunier li dakinhar f’Diviżjoni 6 kien qed jibki u jgħajjat għal ommu…

“ĦADNI TOUR U FETAĦLI BIEB TAD-DIVISION 6 U QALILNA ISIMGĦU JIBKI GĦAL OMMU… U NISIMGĦU PRIĠUNIER JIBKI…. DAN X ‘SALVAĠIŻŻMU HU… KIF NISTGĦU NOĦOLMU B’RIFORMA? … QAS QRIB

Mistoqsi x’se jigri dwar is-sitwazzjoni f’Kordin… Azzopardi qal li hemm diversi persuni li jridu jġorru r-responsabbiltà – fosthom, il-MInistru responsabbli mill-Ħabs, Byron Camilleri.

“HE IS NOT FIT FOR PURPOSE…. JIDDISPJAĊINI BYRON…. MUR ĦU ĦSIEB IT-TARMAC… IMMA MHUX DAN IS-SETTUR

Andrew Azzopardi esprima t-tama li l-Gvern jagħti widen għall-100 proposta li ħareġ bihom dwar il-faċilità korrettiva.

Fuq Net TV, il-Professur tkellem ukoll dwar id-diżartru li hemm fis-sistema ġudizzjarja.

“PUDINA HEMM FIL-CRIMINAL JUSTICE TAGHNA…. GĦAX AĦNA QED NITKELLMU FUQ IL-ĦABS IMMA HEMM  AKTAR ĦOLOQ…. HEMM KOLLASS FIS-SISTEMA…GĦALIEX?… GHAX GĦANDNA L-MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA (EDWARD ZAMMIT LEWIS_ AKTAR MOĦĦU BIEX ISEWWI L-ĦSARA LI GĦAMEL BIL-KUMMENT TAL-ĠAĦAN…. IS-SISTEMA KOLLHA HIJA MNAWRA

Fl-istess programm, għamlu l-interventi tagħhom il-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista Darren Carabott…. u l-opinjonista u preżentatur Peppi Azzopardi li wkoll insistew dwar il-ħtieġa immedjata ta’ riforma mill-qiegħ fil-facilità korrettiva ta’ pajjiżna.