Futbol Sport

Il-Paralimpjadi se jsiru f’ambjent diffiċli ferm

epa09421609 A Paralympic Symbol is set for the Tokyo 2020 Paralympic Games at Odaiba Marine Park in Tokyo, Japan, 20 August 2021. Tokyo 2020 Paralympic Games will start on 24 August through 05 September 2021, while the COVID-19 state of emergency is declared in 13 prefectures, including Tokyo, in Japan. EPA-EFE/KIMIMASA MAYAMA

L-organizzaturi tal-Paralimpjadi qalu li dan l-avveniment se jkun qed isir f’ambjent diffiċli ferm minħabba ż-żieda qawwija fil-każijiet tal-Covid-19 fil-Ġappun. Il-Ħamis, il-Ġappun irreġistra 25,000 każ ġdid ta’ Covid-19, ħamest ijiem qabel jibdew l-Olimpjadi.

Hidemasa Nakamura qalet li s-sitwazzjoni hija differenti ferm minn kif kieent fl-Olimpjadi hekk kif issa s-sitwazzjoni kompliet tiddeterjora. Għall-Paralimpjadi huwa mistenni li jaslu f’Tokjo mal-4,400 kompetitur fejn s’issa kienu rreġistrat 86 każ pożittiv.