Huwa inkredibbli li r-raġel li beda l-karriera tiegħu jikkampanja biex iżomm lil Malta barra mill-UE u temmha billi poġġa isem Malta fuq il-Lista l-Griża, għadu jwaħħal fil-Partit Nazzjonalista għan-nuqqasijiet qarsa kollha tiegħu.
Permezz ta’ post fuq Facebook il-PN qal li l-aħħar intervista ta’ Joseph Muscat hija tentattiv iddisprat biex jafferma d-dominanza tiegħu fuq Robert Abela u jżomm lill-Partit Laburista milli jkeċċih wara l-involviment tiegħu fil-ħolqien ta’ kultura ta’ impunità li wasslet għall-qtil barbaru ta’ ġurnalista.
Filwaqt li l-Prim Ministru uffiċjali jaħrab mill-intervisti, Joseph Muscat jhedded li jirritorna għall-politika jekk in-nies jibqgħu jdejquh. Dan juri eżattament x’jaħseb Muscat dwar il-kandidat tiegħu ta’ kontinwità, x’jaħseb dwar l-elettorat u kif jara l-iskop tal-politika.
//= $special ?>