Fl-Ingilterra, tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Premier League fejn jispikka l-konfront bejn ir-rivali ta’ Londra Arsenal u Chelsea. Il-Gunners kellhom bidu negattiv għall-istaġun fejn tilfu l-ewwel partita barra minn darhom kontra Brentford 2-0. Minn naħa l-oħra t-tim imexxi minn Thomas Tuchel rebaħ kontra Crystal Palace bl-aktar mod komdu f’rebħa ta’ 3-0.
Ic-champions Manchester City wara d-diżappunt li kellhom fl-ewwel partita f’telfa ta’ 1-0 kontra Tottenham jilagħbu f’darhom kontra Norwich City filwaqt li Manchester United jilgaħbu barra minn darhom kontra Southampton, bit-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer juri l-potenzjal tiegħu fl-ewwel partita f’rebħa dominanti fuq Leeds United.
Liverpool jilgħabu f’darhom kontra Burnley filwaqt li għada Tottenham jilagħbu barra minn darhom kontra Wolves.
Premier League: Illum: Liverpool v Burnley 1.30pm, Aston Villa v Newcastle United 4.00pm, Crystal Palace v Brentford 4.00pm, Leeds v Everton 4.00pm, Man City v Norwich 4.00pm, Brighton v Watford 6.30pm Għada: Southampton v Man Utd 3.00pm, Wolves v Tottenham 3.00pm, Arsenal v Chelsea 5.30pm It-Tnejn: West Ham v Leicester 9.00pm
//= $special ?>