Lokali

“L-ikbar giddieb f’Malta” – Mark Camilleri dwar Joseph Muscat

Mark Camilleri, li għal snin twal immilita fil-Partit Laburista, sejjaħ lill-eks Prim MInistru Joseph Muscat “l-ikbar giddieb f’Malta”.

Dan it-titlu tahulu wara li aktar kmieni llum il-media kienet qed tirraporta dwar intervista li Muscat ta lit-Times. Tul l-intervista Muscat qal li ‘għaud jħoss l-imħabba tal-poplu’,

Għal dan, Camilleri kiteb hekk: “Dażgur… għax għaddejt iż-żmien bihom u għax int l-ikbar giddeb f’Malta”.

Mark Camilleri huwa delegat tal-Partit Laburista u wieħed minn ħafna li jħossu li Robert Abela għandu jinfatam minn ma’ Joseph Muscat, għalkemm ħafna oħrajn mhux qed ikun voċiferi bħal Camilleri.