Id-Direttur tal-Ħabs Alex Dalli, li bħalissa suppost qed ikun investigat minn inkjesta indipendenti, spiċċa akkużat li ta ordni biex tiġi stampata il-faċċata tal-Orizzont u titwaħħal man-notice board biex jarawha il-priġunieri.
Skont dak li kiteb fuq Facebook il-preżentatur Peppi Azzopardi, il-kurunell Alex Dalli ta’ ordni: “waħħluha issa f’kull Division”.
Din il-faċċata tal-Orizzont kienet ritratt ta’ ħajt ta’ ċella li fuqu kien hemm theddid lit-tmexxija tal-ħabs. “Dawn huma manuvri oxxeni”, sostna Peppi Azzopardi.
//= $special ?>