Lokali

Muscat u Chris Cardona f’negozju ġdid flimkien

L-eks Ministru tal-Ekonomija u eks Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona għadu qrib sew tal-eks Leader tiegħu, Joseph Muscat, tant li issa jidher li se jkunu qed jagħmlu xi negozju flimkien.

Kien l-istess Cardona li, fuq Facebook, tella’ story b’ritratt akkumpanjat minn Muscat u negozjant barrani, fil-kitba “#newventure”, f’indikazzjoni ċara li t-tlieta se jkunu qed jagħmlu xi biċċa negozju flimkien.

F’Ġunju tas-sena li għaddiet, Chris Cardona ma kellux għażla oħra ħlief li jirriżenja minn Deputat Mexxej tal-Partit Laburista kważi sitt xhur wara r-riżenja ta’ Muscat minn Prim Ministru u Mexxej Laburista.

Fl-aħħar snin, isem Chris Cardona kien involut f’diversi skandli u allegazzjonijiet serji ħafna. Fil-ġlieda għal-Leadership, hu kien qed jappoġġja lil Robert Abela tant li kien jidher qrib ħafna tal-Mexxej Laburista.