Sport Waterpolo

Sliema jagħlqu l-kampjonat tagħhom bir-raba’ rebħa konsekuttiva

Rapport: Stewart Said

SLIEMA FRANK SALT…………. 16

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……. 5

(6-0), (5-2), (1-3), (4-0)

Sliema Frank Salt għalqu l-kampjonat tagħhom bir-raba’ rebħa konsekuttiva. Tliet punti faċli għas-Slimiżi li taħt il-kowċ Beto Fernandez ikkonfermaw li għamlu progress, b’wirja oħra kollettiva li tawgura tajjeb għan-knock-out.

Il-bidu tal-ewwel sessjoni witta t-triq għall-kumplament tal-logħba. Doppjetti ta’ Jerome Gabarretta u John Brownrigg flimkien ma’ gowls ta’ Mark Meli u Jamie Gambin taw vantaġġ ta’ sitt gowls li minnu Birżebbuġa qatt ma rkupraw. Sliema komplew jikkontrollaw it-tieni sessjoni u skorjaw ħames gowls oħra minn ħames plejers differenti għal vantaġġ ta’ 11-2. Ben Grech u Russell Spiteri skorjaw għal Birżebbuġa.

It-tim ta’ Pierre Borg irnexxielu jnaqqas id-distakk fit-tielet sessjoni bi tliet gowls konsekuttivi ta’ Julian Farrugia, Ben Grech u David Pace Lupi, b’Liam Galea jwieġeb għal Sliema minn man-up. Is-Slimiżi reġgħu għollew il-livell fl-aħħar sessjoni u għalqu l-logħba b’erba’ gowls mingħajr risposta.

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (2), L. Galea (3), M. Meli (1), B. Cachia, N. Schiavone (1), M. Mifsud (1), J. Brownrigg (3), J. Gambin (1), Z. Mizzi (2), N. Bugelli (2), Z. Sciberras

Birżebbuġa: M. Rossi, J. Farrugia (1), N. Cassar, D. Pace Lupi (1), D. Incorvaja, P. Serracino, S. Vassallo, M. Cassar, M. Bonnici, M. Borg, R. Spiteri (1), S. Fava, L. Abela, B. Grech (2), G. Sammut

Referees: Stefan Licari, Alessandro Roberti

L-EWWEL DIVIŻJONI

TA’ XBIEX AMIGOS………… 7

M’XLOKK BROWN’S……… 10

(2-3), (0-3), (1-2), (4-2)

Marsaxlokk Brown’s Pharma temmew kampjonat ftit diffiċli b’rebħa ta’ 10-7 kontra Ta’ Xbiex Amigos. Huma spiċċaw punti ndaqs iżda Ta’ Xbiex temmew it-tielet minħabba riżultat aħjar fil-konfronti diretti.

Marsaxlokk qatt ma kienu minn taħt wara li doppjetta ta’ Sebastian Busuttil tat lit-tim ta’ Joe Cremona vantaġġ doppju. Kien biss permezz ta’ Daniel Rizzo u Kieyan Borg li Ta’ Xbiex ġabu biss id-draw. Il-vantaġġ Xlukkajri kiber għal 6-2 fit-tieni sessjoni b’gowls fit-tieni sessjoni ta’ Joseph Galea, Sebastian Busuttil u Matthew Pace.

Zach Micallef għamilhom 7-2 fit-tielet sessjoni u wara li Kieyan Borg naqqas id-distakk, Sebastian Busuttil ħalla d-distakk ta’ ħames gowls. Minkejja dan id-distakk, il-kowċ Joe Cremona baqa’ jisħaq fuq li t-tim jibqa’ konċentrat. Għalkemm baqgħu jikkontrollaw, Ta’ Xbiex irnexxielhom tal-anqas jirbħu s-sessjoni, inkluż gowl ta’ Kieyan Borg lejn it-tmiem mid-distanza.

Ta’ Xbiex: R. Greco, Z. Cutajar Licari, J. Pace Mizzi, J. Cassar, M. de Marco (1), J. Saliba, J. Cutajar (1), K. Borg (4), S. Azzopardi, E. Schembri, D. Rizzo (1), D. Galea Mule

Marsaxlokk: B. Busuttil, S. Stellini, M. Pace (2), M. Martellacci, T. Agius, L. Saliba, J. Galea (1), K. Cremona, Z. Micallef (1), K. Cauchi, M. Cacici, J. Portelli (1), F. Buhagiar, L. Mallia (1), S. Busuttil (4)

Referees: Alex de Raffaele, Andrea Torneo