Lokali

Tħassib kbir dwar il-kura li qed jingħataw l-anzjani

Diżorganizzazzjoni, inkompetenzza, u negliġenza. Dan kien is-sentiment li qasmet magħna mara li tkellmet ma’ NET News dwar is-sitwazzjoni li sejħet bħala waħda diżastruża li jinsabu fiha diversi anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani. Speċjalment fid-Dar ta’ San Gużepp fil-Fgura, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Micheal Farruġia.

Il-persuna li tkellmet magħna qalet li mhux aċċettabbli li din id-Dar tal-Anzjani, li hi l-ġojjel tal-Ministru Farruġia, lanqas għandha Tabib li jaħdem fil-post u fl-istess waqt, meta jkollok pazjent li ma jiflaħx ma’ tinfurmax lil-familja tal-pazjent.

Il-mara tkellmet ukoll dwar il-problema ta’ komunikazzjoni mal-ħaddiema.

Hi saħansitra qalet li l-anzjani li joqgħodu f’dawn id-Djar iridu jħallsu kemm għat-Tabib li jiġi jżurhom, kif ukoll għall-mediċina u għall-ikel