Lokali

“X’faqar” – Jason Micallef dwar il-Ministru Aaron Farrugia

Iċ-Chairman tal-istazzjon Laburista, Jason Micallef, ma mpressjonatu xejn l-istunt tal-Ministru Aaron Farrugia li rikeb fuq il-karru tal-X-Factor biex jipprova jiskorja punti politiċi.

Fl-aħħar sigħat il-Ministru ppostja fuq Facebook fejn qal li qed ‘jikkollabora mal-X -Factor’ li din is-sena se jkun paperless.

Imma r-reazzjoni immedjata ta’ Jason Micallef, li huwa wkoll iċ-Chairman tal-Valletta Cultural Agency, kixfet kemm l-istess Micallef ma kien impressjonat xejn bl-istunt tal-Ministru.

Filwaqt li Farrugia kiteb li għal kull iva li se jgħidu l-ġurija se tkun qed titħawwel siġra… Micallef fuq Facebook kiteb “Għidlu IVA ħa nħawlu siġra” .. imbagħad għalaq bil-kliem “X’faqar”.